Live Streaming: Hrug tal-vara

Posted by on August 31, 2014 in Festa 2015, Live Streaming | 0 comments

Live Streaming: Hrug tal-vara

6.00pm Fil-Knisja Parrokkjali tiġi ċċelebrata quddiesa letta.

Fis-7.00pm  Ħruġ  tal-purċissjoni  bl-istatwa  artistika  ta’  San  Ġiljan,  immexxija  minn  Fr  Paul  Mizzi.

Jingħata wkoll salut mill-kaċċaturi. Il-Banda Stella Maris, Sliema, iddoqq l-innu popolari u wara takkumpanja l-purċissjoni matul it-toroq: Forrest, Mensija, San Ġorġ, il-Kbira, Lapsi, St. Angelo, B’Kara Hill, il-Kbira u Ġorġ Borg Olivier.

Fit-8.00pm Marċ mill-Banda S. Gabriel ta’ Ħal Balzan tul Triq Ġorġ Borġ Olivier. Wara tilqa’ l-istatwa titulari ta’ San Ġiljan fil-pjazza u takkumpanjaha sal-Knisja.

Fil-10.15pm Il-Ġiljaniżi ikunu jistgħu jerfgħu ‘l San Ġiljan minn ħdejn Saddles sal-Għassa tal-Pulizija biss.

Fil-11.00pm Id-dħul tal-vara fil-Knisja tiġi milqugħa bil-kant tal-antifona Beate Julianeta’ Dr. Paolo Nani mill-Amadeus Chamber Choir.

Wara ssir ċelebrazzjoni Ewkaristika u jitkanta l-innu ta’ San Ġiljan

 

 

Ikkummenta