Programm Liturġiku tal-Festa 2014

Is-Sibt, 23 ta’ Awwissu 2014

KONICA MINOLTA DIGITAL CAMERA

Fis-6.45pm Il-vara ta’ San Ġiljan tal-Banda Spinola titlaq fuq dgħajsa mill-pont tal-Qaliet. Il-vara tkun akkumpanjata minn inġenji tal-baħar. Mad-dħul tal-vara f’Xatt is-Sajjieda jitkanta l-innu popolari.

7.45pm Quddiesa fix-xatt mill-Kappillan Fr. Claude Portelli (illum ma ssirx il-quddiesa tas-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali). Il-quddiesa tkun animata minn Andrew Cauchi.Wara l-quddiesa jkun hemmattività fl-istess post.

 

Il-Ħadd, 24 ta’ Awwissu 2014

7.00pm Is-Saċerdot Novell Fr Paul Mizzi jiċċelebra l-Prima Messa fil-Knisja Parrokkjali bħala radd il-ħajr lill-Mulej.

 

It-Tnejn, 25 ta’ Awwissu 2014 Jum id-Dilettanti tal-Festa 

KONICA MINOLTA DIGITAL CAMERA7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali ssir quddiesa għad-dilettanti tal-festa, għall-kaċċaturi u dawk li jġibu isem il-patrun San Ġiljan bis-sehem tas-St. Julian’s Choral Group immexxi mis-Sur Pio Dalli. Jqaddes il-Kappillan, Fr Claude Portelli. Wara jsir il-ħruġ tal-vara artistika ta’ San Ġiljan min-niċċa.

 

 

 

It- Tlieta, 26 ta’ Awwissu Jum l-Anzjani

KONICA MINOLTA DIGITAL CAMERA

Fil-Knisja ta’ Lapsi, fis-6.00 pm ser tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija. Din ser tkun immexxija minn Fr Stefan Attard, u animata mis-St Julian’s Choral Group.  Wara jkun hemm riċeviment żgħir għall-anzjani fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Lapsi.

Fis-7.00pm ikun hemm quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.

 

L- Erbgħa, 27 ta’ Awwissu 2014  Jum it-Tfal

 

KONICA MINOLTA DIGITAL CAMERA

7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal mill-Kappillan, Fr. Claude Portelli, organizzata mill-Kummissjoni Tfal tal-Parroċċa u animata mis-St. Julian’s Childrens’ Choir. Waqt il-quddiesa ssir il-vestizzjoni tal-abbatini ġodda.

Wara ssir purċissjoni għat-tfal bil-vara ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali u tgħaddi minn Triq il-Kbira, Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-purċissjoni tiġi akkumpanjata mill-Banda Spinola. Wara t-tfal ikollhom festin.  

 

Il-Ħamis, 28 ta’ Awwissu 2014  Jum l-Għaqdiet

KONICA MINOLTA DIGITAL CAMERA

Fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi organizzata quddiesa mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali li għaliha huma mistiedna l-kummissjonijiet parrokkjali u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. Il-quddiesa ser tiġi ċċelebrata minn Fr Joe Zammit u ser tkun animata mis-St Julian’s Choral Group. Wara l-quddiesa titkanta l-antifona Beate Juliane u ċ-ċelebrazzjoni tintemm bil-kant tal-innu popolari.

F’din il-quddiesa, il-membri tal-kummissjonijiet u l-għaqdiet jippreżentaw l-għotja tagħhom lill-Kappillan, li din is-sena se tmur b’risq il-proġetti ta’ karita’ tal-Parroċċa.

 

Il-Ġimgħa, 29 ta’ Awwissu 2014  Jum il-Familja

 

KONICA MINOLTA DIGITAL CAMERA

Fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi organizzata quddiesa għall-familji. Mistiedna b’mod speċjali l-koppji li kienu  żżewġu mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum, koppji li għandhom xi anniversarju taż-żwieġ u koppji li kellhom tarbija f’din l-aħħar sena. F’din il-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan. Jiċċelebra l-quddiesa Fr Brendan Gatt.

 

 

Is-Sibt, 30 ta’ Awwissu 2014 Lejliet il-Festa

5.00pm Il-quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi titqaddes minn Fr. Robert Grech, Viċi Kappillan, Parroċċa Swatar.KONICA MINOLTA DIGITAL CAMERA

6.00pm Issir translazzjoni solenni tar-relikwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja ta’ Lapsi għall-Knisja Parrokkjali mmexxija mill-E.T. Mons. Aldo Cavalli, Nunzju Appostoliku għall-Malta.

6.30pm Quddiesa solenni li ser tiġi mmexxija mill-E.T. Mons. Aldo Cavalli, Nunzju Appostoliku għall-Malta. Jieħdu sehem l-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra mmexxija minn Mro. Brian Cefai. (Illum ma ssirx il-quddiesa fit-7.45pm)

 

Il-Ħadd, 31 ta’ Awwissu 2014  Jum il-Festa

KONICA MINOLTA DIGITAL CAMERAIl-ħin tal-quddies: 8.00am, 9.00am (Knisja ta’ Lapsi), 9.30am (Solenni), 11.45am (minflok tal-12.15pm)

9.30am Fil-Knisja Parrokkjali, tiġi organizzata quddiesa solenni bis-sehem tal-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra mmexxija minn Mro. Brian Cefai. Tiġi esegwital-quddiesa Santa Cecilia ta’Gounoud. Il-quddiesa tiġi ċċelebrata minn Fr Paul Mizzi filwaqt li jinseġ il-paniġierku f’ġieħ il-patrun San Ġiljan, W.R. Kan. Jonathan Farrugia.

6.00pm Fil-Knisja Parrokkjali tiġi ċċelebrata quddiesa letta.

Fis-7.00pm  Ħruġ  tal-purċissjoni  bl-istatwa  artistika  ta’  San  Ġiljan,  immexxija  minn  Fr  Paul  Mizzi.

Jingħata wkoll salut mill-kaċċaturi. Il-Banda Stella Maris, Sliema, iddoqq l-innu popolari u wara takkumpanja l-purċissjoni matul it-toroq: Forrest, Mensija, San Ġorġ, il-Kbira, Lapsi, St. Angelo, B’Kara Hill, il-Kbira u Ġorġ Borg Olivier.

Fit-8.00pm Marċ mill-Banda S. Gabriel ta’ Ħal Balzan tul Triq Ġorġ Borġ Olivier. Wara tilqa’ l-istatwa titulari ta’ San Ġiljan fil-pjazza u takkumpanjaha sal-Knisja.KONICA MINOLTA DIGITAL CAMERA

Fil-10.15pm Il-Ġiljaniżi ikunu jistgħu jerfgħu ‘l San Ġiljan minn ħdejn Saddles sal-Għassa tal-Pulizija biss.

Fil-11.00pm Id-dħul tal-vara fil-Knisja tiġi milqugħa bil-kant tal-antifona Beate Juliane ta’ Dr. Paolo Nani mill-Amadeus Chamber Choir.

Wara ssir ċelebrazzjoni Ewkaristika u jitkanta l-innu ta’ San Ġiljan.

About the author

Ikkummenta