Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat

Posted by on September 29, 2014 in Featured Article, Kummissjoni Liturgija | 0 comments

Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat

Fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan, nhar il-Ħadd 28 ta’ Settembru 2014 fit-8.00pm ġiet organiżżata Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.  Matul dan il-ħin intqal ir-Rużarju fl-okkażżjoni għas-Sinodu Straordinarju dwar‘l-isfidi pastorali tal-familja fil-kuntest tal-evanġeliżazzjoni’,li ser isir bejn il-5 u d-19 ta’ Ottubru 2014.  L-Adorazzjoni tmexxiet mill-kappillan Fr Claude Portelli, mgħejjun minn Fr Paul Mizzi.  L-animazzjoni tmexxiet minn Andrew u Judy Cauchi.  DSC_0193

L-okkażżjoni tas-Sinodu ser ikun mument qawwi għall-Knisja kollha u għaldaqstant kull Nisrani hu msejjaħ biex jissieħeb u jagħti sehmu.  Peress li fuq kollox din il-laqgħa tal-Isqfijiet ser tkun mument qawwi ta’talb, il-Papa Franġisku qed iħeġġeġ biex l-Insara tad-dinja kollha jingħaqdu qalb waħda u ruħ waħda fit-talb bi tħejjija għal dan is-Sinodu.Ilkoll għandna nitolbu lill-Ispirtu s-Santu ħalli jdawwal il-qlub tar-ragħajja  tal-Knisja  sabiex  il-Vanġelu  tal-Familja  jerġa’  jinstema’  bħala bxara  tajba’ għall-bnedmin kollha fi żminijiet fejn il-familja tinsab għaddejja minn bosta diffikultajiet.

It-talba li qed nirriproduċu hawn taħt, ġiet miktuba propju mill-Papa Franġisku għal din l-okkażżjoni.

Ġesù,Marija,Ġużeppi,DSC_0196

Fikom aħna nikkontemplaw

il-ġmiel tal-imħabba vera,

lejkom induru b’fiduċja sħiħa.

 

Familja Mqaddsa ta’ Nazaret

Agħmel li l-familji tagħna

Jkunu mkejjen ta’ għaqda u ċenakli ta’ talb,

Skejjel veri tal-Evanġelju,

U knejjes żgħar fid-djar tagħna.

 

Familja Mqaddsa ta’ Nazaret

Żomm bogħod mill-familji tagħna

kull vjolenza,rifjut u firdiet:

u agħmel li dawk li sfaw mweġġgħin jew skandalizzati,

isibu faraġ u fejqan.

DSC_0187

Familja Mqaddsa ta’ Nazaret

Għin lis-Sinodu tal-isqfijiet li ser jiltaqa’

biex jerġa’ jfakkarna fil-qdusija,

fil-ħarsien bla mittiefes tal-familja,

u fis-sbuħija tagħha skont il-pjanta’ Alla.

 

Ġesù,Marija,Ġużeppi,

Isimgħu u ilqgħu din it-talba tagħna.

Ammen.

Ikkummenta