AVVIŻI 13-14 ta’Settembru 2014

Posted by on September 12, 2014 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI 13-14 ta’Settembru 2014
  1. Ġabra għall-Art Imqaddsa: Il-weekend li ġej ser issir il-ġabra għall-Art Imqaddsa. Nkunu ġenerużi fl-offerti tagħna.
  1. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur huma mistiedna jattendu għal-Laqgħa ta’ Tħejjija mill-Qrib li ser issir nhar il-Ħadd li ġej fl-10.30am. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.
  1. Kors ta’ Kana:  Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

Ikkummenta