AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 27 – 28 ta’ Settembru 2014

Posted by on September 27, 2014 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 27 – 28 ta’ Settembru 2014
  1. Adorazzjoni u Talb għall-Familji: Il-Ħadd 28 ta’Settembru 2014 fuq stedina tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet Maltin, fit-8.00pm ser niltaqgħu biex nitolbu flimkien it-talba tar-rużarju quddiem Ġesu’ Sagramentat, fil-Knisja Parrokkjali bi tħejjija għas-Sinodu Straordinarju dwar  ‘L-isfidi pastorali tal-familja’ li ser isir f’Ruma f’Ottubru li ġej. Kulħadd mistieden sabiex ningħaqdu flimkien għal dan il-mument ta’ talb flimkien.

 

  1. Festa – Santa Tereża:  Nhar l-Erbgħa 1 t’Ottubru fis-6.00pm ser issir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesu’. Kulħadd mistieden.

 

  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:  Nhar il-Ġimgħa 3 t’Ottubru fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni.

 

  1. Ġabra: Il-weekend li ġej issir il-ġabra għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.

 

  1. Flimkien:  Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa . Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

Ikkummenta