Tibda’ s-Sena tal-Katekiżmu

Posted by on September 26, 2014 in Featured Article, Kummissjoni Kateketika | 0 comments

Tibda’ s-Sena tal-Katekiżmu

Fil-Knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan, nhar il-Ħamis 25 ta’ Settembru fil-preżenza tat-tfal, l-ġenituri u l-katekisti sar il-ftuħ tas-sena kateketika 2014-2015.  Il-kappillan Fr Claude Portelli saħaq fuq l-importanza tat-tagħlim u l-formazzjoni spiritwali.  Waqt din iċ-ċerimonja, saret l-introduzzjoni tal-katekisti.  Fl-ahhar it-tfal ġew imqassmin fi klassijiet rispettivi biex b’hekk, il-ġimgħa id-dieħla jibdew formalment il-lezzjonijiet f’kategoriji differenti.  Minn dawn il-paġni aħna ser inżommukom aġġornati b’dak li jkun għaddej matul din is-sena kateketika.

Il-kummissjoni kateketika tappella lill-ġenituri biex jikkoperaw mal-katekisti u jibgħatu lill-uliedhom regolarment u fil-ħin.

 

 

This slideshow requires JavaScript.

Ikkummenta