Wara l-Festa ta’ San Ġiljan

Posted by on September 3, 2014 in Featured Article, Festa 2015 | 0 comments

Wara l-Festa ta’ San Ġiljan

Minn xhur qabel tibda’ preparazzjoni u ħidma kontinwa biex tiġi ċelebrata l-festa ta’ San Ġiljan.  Ħidma kemm fil-knisja u anke barra.  Ħidma li tidher u wisq aktar ħidma li ma tidhirx.  Tasal il-ġimgħa tal-festa u dak kollu li jkun gie preparat joħroġ fil-beraħ.

DSC_0012aHuwa żgur li r-rispons ghal festa ta’ din is-sena kien tajjeb ħafna.  Festa bilanċjata, mingħajr piki żejda u ġlied.  Festa li ħalliet tomgħa tajba lil dawk kollha li żaruna.

Waqt ir-ritorn tal-vara fil-knisja, l-kappillan Fr Claude Portelli rringrazzja lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom – min bil-ħafna u min bil-ftit – biex ġiet organiżżata l-festa.  Issa trid tibda ħidma oħra ta preparazzjoni għal festa ta’ sen’oħra !!

Imma it-tomgħa tal-festa trid tibqa fina billi matul is-sena nwettqu dak li ħadna mill-eżempju ta’ San Ġiljan.  Dak li smajna fil-qari tal-liturgija tal-festa – il-karita’ u l-imħabba. Niftakru f’dak li smajna fil-Vanġelu: ‘Tassew ngħidilkom, kemm għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.’

Copy of DSC_0099Bħal kull ħag’ oħra, anke fil-festa joħorġu xi punti daqxejn negattivi.  Wieħed ma jistax jinjora l-attendenza fqira għal ċerti funzjonijiet fil-knisja u għall-Quddiesa tal-festa.  Fejn kienu dawk il-mijiet li tarahom biss fil-ġimgħa tal-festa iċapċpu lill-istatwa imbagħad ma jidhrux għal sena sħiħa ?  L-istess ngħidu għal dawk li jersqu biss lejn il-knisja meta jkun sar il-ħin biex l-istatwa ta’ San Ġiljan tinħareġ min-niċċa – imbagħad ma tarahomx iżjed!!

Żgur li din l-imġieba ma toġgħobx lil San Ġiljan ! San Ġiljan iridna nkomplu dak li beda’ hu.  Il-parroċċa qed toffrilna dak li jrid San Ġiljan.  Inti ser tħalli din l-opportunita’ taħrablek għal sen’ohra ?

Ikkummenta