Avviżi 19-20 t’ Ottubru 2014

Posted by on October 18, 2014 in Avviżi | 0 comments

Avviżi 19-20 t’ Ottubru 2014
  1. Griżma tal-Isqof:

Nhar it-Tnejn fil-5.30pm se jsir rehearsal għat-tfal li se jagħmlu l-Griżma flimkien mal-parrini tagħhom fil-Knisja Parrokkjali.  Nhar il-Ġimgħa mill-5.30pm sas-7.00pm, se jkun hawn is-servizz tal-qrar għat-tfal, ġenituri u parrini fil-Knisja Parrokkjali.  Nhar is-Sibt fil-5.30pm issir iċ-Ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof fil-Knisja Parrokkjali.

                Dakinhar ikun hawn quddiesa waħda biss fit-7.45pm.

                Ikun hemm quddiesa fis-6.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi.

                Il-parking tal-iskola primarja jkun miftuħ.

 

  1. Lectio Divina: Nhar il-Ġimgħa ser issir Lectio Divina fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Kulħadd huwa imħeġġeġ sabiex jattendi.

 

  1. Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss ser tkun is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Jista’ jiġi ipprovdut childminding jekk iċċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali biex tavżawna minn qabel. It-tema li ser tiġi diskussa dan ix-xahar hija ‘Bil-Fidi Jaqbillek?’.

 

  1. Ħin tax-Xitwa: Il-weekend li ġej indawru l-arloġġ siegħa lura u għalhekk il-quddiesa ta’ filgħaxija, kemm tal-Ħadd, kif ukoll ta’ matul il-ġimgħa tkun fis-6.30pm. Il-quddies tas-Sibt filgħaxija jibqa’ l-istess.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ:  Nhar il-Ħadd fis-6.30pm, ser issir quddiesa ta’ radd il-ħajr għal dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar, flimkien mal-familjari tagħhom.

Ikkummenta