AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 11 – 12 ta’ Ottubru 2014

Posted by on October 11, 2014 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 11 – 12 ta’ Ottubru 2014

 

  1. Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija ser issir nhar il-Ġimgħa fil-5.00pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II fejn ser tingħad it-talba tar-rużarju u wara ikun hemm te’ u tombla.

 

  1. Quddiesa għat-tfal: Nhar il-Ħadd issir quddiesa mit-tfal għall-familja kollha fid-9.30am fejn ser issir ukoll il-preżentazzjoni tat-tfal li se jirċievu l-Griżma fl-aħħar ta’ Ottubru.

 

  1. Ġurnata Missjunarja: Il-Weekend li ġej issir ġabra speċjali għall-Ġurnata Missjunarja.

 

  1. Bejgħ ta’ kejkijiet/affarijiet tal-ħelu: Ser isir bejgħ ta’ kejkijiet/affarijiet tal-ħelu fil-weekend tat-18 u d-19 t’Ottubru b’risq il-Parroċċa. Min jixtieq jagħti xi kejkijiet/affarijiet tal-ħelu biex jinbiegħu, għandu jġibhom l-Uffiċċju Parrokkjali bejn it-Tnejn 13 u l-Ġimgħa 17 t’Ottubru.

 

  1. Website ġdida tal-Parroċċa: Għal dawk li forsi għadhom ma jafux jew ma semgħux, ftit ġimgħat ilu, il-parroċċa inawgurat il-website gdida tagħha www.stjuliansparish.org u l-paġna tal-facebook Parroċċa San Ġiljan.  F’dawn il-paġni ssibu informazzjoni diversa dwar storja, servizzi li noffru, attivitajiet li jkunu ġejjin, u ritratti t’attivitajiet li jkun ġew organizzati.  L-avviżi ta’kull ġimgħa flimkien mal-liturġija tal-Ħadd ukoll issibuhom fil-website.  Nistednukom biex tagħmlu użu minn dan il-mezz modern ta’komunikazzjoni u tgħaddu l-indirizz tal-website lil qrabatkom li ma joqgħdux San Ġiljan.

Ikkummenta