Tintemm l-Assemblea Parrokkjali 2014

Posted by on November 5, 2014 in Featured Article | 0 comments

Tintemm l-Assemblea Parrokkjali 2014

Il-Ġimgħa 14 ta’Novembru 2014 ġiet fi tmiemha l-Assemblea Parrokkjali għal din is-sena 2014.  L-Assemblea Parrokkjali bdiet fis-1915hrs fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II wara l-quddiesa tas-6.30pm.  Il-Kappillan Fr Claude Portelli ta’ introduzzjoni qasira. Wara ntwera messaġġ mħejji mill-Arċisqof Emeritus Mons.Pawl Cremona O.P.  Ġie mħejji wkoll clip qasir dwar dak li sar fil-parroċċa mill-aħħar pjan pastorali.  Il-Kappillan wera s-sodisfazzjon tiegħu li minkejja diversi diffikultajiet u nuqqas ta’saċerdoti, il-pjan pastorali 2012-2014 twettaq kollu.  Imbagħad dawk preżenti nqassmu fi gruppi fejn ġew diskussi xi punti meħuda mill-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium.  Il-laqgħa spiċċat b’get together żgħir għal dawk kollha preżenti.

 

 

 

Ikkummenta