Laqgħat dwar Internet Safety

Posted by on November 25, 2014 in Featured Article, Kummissjoni Kateketika | 0 comments

Laqgħat dwar Internet Safety

Matul il-ġimgħa li għaddiet saru żewġ laqgħat għall-ġenituri tat-tfal li jattendu l-Katekizmu ġewwa San Ġiljan. It-tema tal-laqgħat kienet  Internet Safety.

Waqt dawn il-laqgħat Ms. Veronica Montanaro spjegat kif il-ġenituri għandhom iżommu ruħhom aġġornati mas-social networking li t-tfal tagħna jistgħu jkollhom aċċess għalih, bħal per ezempju l-Facebook, jew l-Instagram, u siti oħra li diġa jeżistu pero’ għadhom fil-bidu tagħhom.

Ms. Montanaro spejgat kif meta l-ġenituri jkunu jafu huma stess kif jużaw dawn is-social networking sites ikun iżjed faċli għalihom li jifhmu dak li qegħdin jagħmlu jew jgħidulhom uliedhom, u b’hekk ikun ukoll iżjed faċli li jkunu jafu jekk it-tfal tagħhom humiex qed jużaw dawn is-sites kif suppost.

Illum il-ġurnata internet service providers qegħdin jagħrfu r-responsabiltajiet tagħhom fejn jidħlu t-tfal, u għalhekk qegħdin jippublikaw anke magazine fuq digital parenting. Dawn il-magazines, kif ukoll sites differenti li jistgħu jgħinu l-ġenituri fejn tidħol it-teknoloġija tistgħu issibu links għalihom minn fuq is-site ibrowse safely.com.mt. Dan is-site qiegħed kemm bil-Malti, kif ukoll bl-Ingliż, u fih ħafna riżorsi u links għall-ġenituri, tfal, u anke nanniet. Għal min irid, għandhom anke Facebook page – https://www.facebook.com/ibrowsesafely.com.mt?ref=br_tf

Ikkummenta