Funzjoni tal-Milied

Posted by on December 25, 2014 in Featured Article, Kummissjoni Liturgija | 0 comments

Funzjoni tal-Milied

Fl-24 ta’Diċembru 2014 għal ħabta tal-ħdax ta’ fil-għaxija, bdew jinstemgħu l-ewwel għanjiet tal-Milied fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġljan.  L-Amadeus Chamber Choir wassal lil dawk preżenti diversi għanjiet tal-Milied.  Għal ħabta tal-ħdax u nofs, l-animatur Bernard Manche sejjaħ lit-tfal kollha preżenti biex jidħlu fis-sagristija fejn wara ftit minuti ħarġu proċessjonalment mal-kappillan, l-abbatini u Francesca u Kyle li wasslu wasslu l-messaġġ tal-Milied permezz tal-priedka tradizzjonali.  F’nofsillejl bdiet il-quddesa solenni.  Wara l-quddiesa kulhadd inġabar fuq iz-zuntien għal kikkra hot chocolate u mince pies.

 

 

 

 

This slideshow requires JavaScript.

Ikkummenta