Karol it-Tifel li sar Papa

Posted by on December 8, 2014 in Kotba ġodda | 0 comments

Karol it-Tifel li sar Papa
Niżżel rasu ‘l isfel u serraħha fuq idejh it-tnejn. “Hawn x’qed jiġri, ħaseb. Jien m’iniex Taljan, kif qed jagħżlu lili? Lili Lolek mill-art imbiegħda tal-Polonja?” Dak l-isem ħelu ta’ Lolek fakkru f’leħen ommu u f’dak li kienet tirrakkuntalu: “Lin-nies li jħarsu lejk fil-pramm kont ngħidilhom ‘ibni għad ikun bniedem kbir.’ Mela kienet taf! Imma kif kienet taf li jien se nsir….”
Għolla rasu ‘l fuq. Il-kardinali kienu kollu bilwieqfa. Kollha kienu qed iħarsu lejh. Kollha kienu qed jitbissmulu. Kollha kienu qed iħarsu lejh. Kollha kienu qed iċapċpu. Imbagħad il-Kardinal li kien qed imexxi l-Konklavi ġie quddiemu u staqsieh: “Inti taċċetta din l-elezzjoni?”
Din hi l-istorja ta’ tifel mill-Polonja li kien jismu Karol, u li meta kiber sar Papa; Papa Ġwanni Pawlu II. Fis-27 ta’ April 2014 sar Qaddis.  Kellna xorti wkoll nilqgħuh akar minn darva f’pajjiżna, anke fil-knisja parrokkjali tagħna.

Ikkummenta