Ngħinu lid-Dar tal-Providenza

Posted by on December 2, 2014 in Featured Article, Kummisjoni Tfal | 0 comments

Ngħinu lid-Dar tal-Providenza

Nhar il-Ħadd li għadda, 30 ta’Novembru 2014, waqt il-Quddiesa tat-tfal fid-09.30am tnediet kampanja ta’ġbir ta’ 10 ċenteżmi kuljum għal matul l-Avvent.  Il-flus miġbura ser jiġu preżentati lill-Kappillan Fr Claude Portelli, waqt il-Quddiesa li jmiss tat-tfal fil-21 ta’Diċembru 2014.  Min naħa tiegħu, il-Kappillan ser jirdoppja is-somma miġbura u din ser tingħata bħala donazzjoni lid-Dar tal-Providenza.  Bħala għajununa biex jinġabru għaxar ċenteżmi kuljum tqassmet karta biex tkun t’għajnuna.  Tista’ tagħmel download hawn:   10 Ċenteżmi kuljum.pdf (218 downloads)

Ikkummenta