AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 24 – 25 ta’ Jannar 2015

Posted by on January 24, 2015 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 24 – 25 ta’ Jannar 2015

 

  1. Festa Liturġika ta’ San Ġiljan:
  • Nhar it-Tnejn, Lejliet il-Festa, fid-8.40am, ser issir purċissjoni għat-tfal tal-Iskola Primarja bil-vara ż-żgħira ta’ San Ġiljan, mill-Iskola Primarja ta’ San Ġiljan għal Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-purċissjoni tiġi akkumpanjata minn elementi bandistiċi fi ħdan is-Soċjeta` Banda Spinola. Wara ssir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi għall-istess tfal mill-Viċi Kappillan, Fr Paul Mizzi.

 

  • Nhar it-Tlieta, Festa Liturġika ta’ San Ġiljan, fis-6.30pm, ser issir quddiesa tal-Festa fil-Knisja Parrokkjali b’animazzjoni mis-St Julian’s Choral Group. Fis-7.30pm, wara l-quddiesa, jingħata bidu għall-marċ mill-Banda Spinola miz-zuntier tal-Knisja.

 

  1. Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-M.U.S.E.U.M, fis-Sala tal-M.U.S.E.U.M mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nagħtu bidu għall-family visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu fi Triq il-Baħar l-Iswed. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Ġabra: Matul il-weekend li ġej ser issir il-ġabra għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.

 

  1. Applikazzjonijiet għall-iskejjel tal-Knisja: Fil-ġranet li ġejjin ser jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja minn ‘Applikanti oħra’ minn skejjel tal-Gvern u indipendenti. Informazzjoni dettaljata tista tinkiseb mir-‘Regolamenti tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja’ li jinsabu fuq il-website tal-Kurja thechurchinmalta.org

Ikkummenta