Tiftakruhom il-Cantores ?

Dawk kollha li kienu jiffrekwetaw il-parroċċa ta’ San Ġiljan daqt ħmistax-għoxrin sena ilu żgur li jiftakru dak il-grupp sabiħ ta’tfal jipprattikaw il-kant taħt id-direzzjoni ta’ Mro Lino Lattard u l-mibkija Elvia Agius.  Dawn kienu zminijiet tal-kor Cantores Sancti Juliani. Dan il-kor, kellu diversi suċċessi, kemm f’Malta u anke barra minn xtutna.

Wara assenza twila, illum il-Ħadd 4 ta’Jannar 2015, meta l-knisja kienet qed tiċċelabra l-Epifanija tal-Mulej, grupp żgħir imma b’vuċi b’saħħitha minn dawk li kienu jiffurmaw dan il-kor, animaw il-quddiesa tal-hdax fil-knisja parrokkjali.

Sfortunatament, il-persuna wara dan il-kor – is-sur Lino Attard – kien jinsab indispost u ma setax jattendi.  Żgur li kienet okkażżjoni li ġġiblu ħafna memorji !!  Memorji tal-oriġini ta’ dan il-kor.

Minn din il-paġna nawguraw fejqan ta’ malajr lil Mro Attard. Nawguraw iżjed suċċessi lil dan il-kor u fl-aħħar iżda mhux inqas nisperaw li nerġgħu narawhom malajr kemm jista jkun janimaw quddies fil-parroċċa tagħna bil-vuċi sabiħa tagħhom.  Nisperaw li fl-okkażżjoni li jmiss Mro Lino attard ikun jista’ jingħaqad magħna hu ukoll.

 

 

 

 

About the author

Comments

Ikkummenta