AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 14 – 15 ta’ Frar 2015

 

  1. L-Erbgħa tal-Irmied: Jum ta’ Sawm u Astinenza. Wara il-quddiesa tas-6.30pm issir l-Adorazzjoni tas-Salib fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Adorazzjoni tal-Unita’: Nhar il-Ħamis fis-7.15pm ser issir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Monasteru tal-Klarissi, San Ġiljan, li fiha ser jieħdu sehem il-komunitajiet tal-Parroċċi tal-Unita’ tagħna. Kulħadd huwa mistieden sabiex jattendi.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-family visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu fi Triq M.A. Cagiano, Triq Ta’ Marmora’ u Triq G. Buontempo. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Nhar il-Ġimgħa bejn it-3.00pm u l-00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Ħarġa r-Redentur tal-Isla – Grupp Ħbiberija: Nhar il-Ġimgħa ser issir ħarġa għar-Redentur tal-Isla mal-Grupp Ħbiberija.  Nibdew b’quddiesa fil-11.00am u wara mmorru nieħdu l-ikla ta’ nofsinhar flimkien. Ser ikun hemm t-trasport ipprovdut fl-10.00am. Importanti li min ser jattendi, jinfurma l-Uffiċċju Parrokkjali minn qabel.

 

  1. Lectio Divina: Nhar il-Ġimgħa ser issir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla, immexxi minn Fr Stefan Attard fis-7.00pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Kulħadd huwa imħeġġeġ sabiex jattendi.

 

  1. Adorazzjoni – L-Ewwel Ħadd tar-Randan: Nhar il-Ħadd fis-7.30pm, fil-Knisja Parrokkjali, ser issir Adorazzjoni u rużarju quddiem Ġesu’ Sagramentat fl-okkażjoni tal-ewwel Ħadd tar-Randan. Kulħadd mistieden jattendi.

 

  1. Buffet Dinner: Ser jiġi organizzat buffet dinner bħala fundraising ghall-Parroċċa, nhar is-Sibt 28 ta’ Frar fit-8.00pm, il-Plaza Hotel tas-Sliema. Ser ikun hemm ukoll trasport pprovdut minn Pjazza Spinola. Bookings mal-Book Centre jew mal-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Ġabra Seminarju: Fil-ġabra li saret il-ġimgħa li għaddiet b’risq is-Seminarju inġabret is-somma sabiħa ta’ €2,200. F’isem ir-Rettur tas-Seminarju u s-seminaristi, nirringrazzjawkom mill-qalb.

About the author

Ikkummenta