AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 14 – 15 ta’ Marzu 2015

Posted by on March 15, 2015 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 14 – 15 ta’ Marzu 2015
  1. ‘Night Vigil’ – Talb għall-paċi u għall-Arċisqof: Din is-sena hsibna illi minflok l-irtir li nagħmlu s-soltu fil-Festa ta’ S. Gużepp, norganizzaw‘Night Vigil‘ ta’ talb għall-paċi u għall-Arċisqof, għal 12-il siegħa fil-Knisja Parrokkjali mis-7.00pm sas-7.00am (fil-lejl bejn l-Erbgħa 18 u l-Ħamis 19 ta’ Marzu). Kulħadd mistieden sabiex jattendi.

 

  1. Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija ser issir nhar il-Ġimgħa fil-11.00am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II, fejn ser ikellimna Fr Paul Mizzi.

 

  1. Lectio Divina: Nhar il-Ġimgħa ser issir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla, immexxija minn Fr Stefan Attard fis-7.00pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Kulħadd huwa imħeġġeġ sabiex jattendi.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ġimgħa, nkomplu l-family visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu f’dawn it-toroq: it-Tamal, il-Palm, l-Oleandru u s-Sajjieda. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament. B’hekk nagħlqu l-ewwel parti tal-Family Visits u nkomplu wara l-Għid.

 

  1. Ingress Solenni tal-Arċisqof Charles J. Scicluna: L-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna jistieden lill-Insara biex jattendu għaċ-ċerimonja tal-Ingress Solenni li ser issir fil-21 ta’ Marzu, nhar is-Sibt li gej. Iċ-ċelebrazzjoni tibda fid-9.00am mill-Knisja ta’ San Duminku, ir-Rabat. L-Arċisqof ser jgħaddi mit-toroq tar-Rabat, qabel jimxi lejn il-Katidral tal-Imdina fejn fil-11.00am tibda l-Quddiesa. L-Arcisqof iħeġġeġ lill-Insara biex jitolbu ghalih f’din il-missjoni ġdida bħala ragħaj tal-Knisja f’Malta.

 

  1. Pellegrinaġġ Penitenzjali: Nhar il-Ħadd, ser isir Pellegrinaġġ Penitenzjali għall-Mellieħa, tluq fl-4.00am minn ħdejn il-Knisja ta’ Lapsi.  Il-biljetti għat-trasport lura jinxtraw mill-Book Centre.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għalihom.

Ikkummenta