AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 21 – 22 ta’ Marzu 2015

Posted by on March 21, 2015 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 21 – 22 ta’ Marzu 2015

 

  1. Irtir – Nisa Ġiljaniżi: Nhar il-Ħamis l-Għaqda Nisa Ġiljaniżi qed torganizza irtir fil-Monasteru tas-Sorijiet Klarissi, San Ġiljan mid-9.30am san-12.30pm. Imexxi l-irtir Fr Ray Toledo.

 

  1. It-Triq tas-Salib mat-tfal: Nhar it-Tlieta u l-Ħamis fil-5.30pm ser issir it-Triq tas-Salib mat-tfal kollha tal-katekiżmu fil-Knisja Parrokkjali (skont il-klassijiet tal-katekiżmu).

 

  1. Festa tad-Duluri (il-Ġimgħa):
  • Bejn it-3.00 u l-00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali;
  • Fil-30pm issir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi kif ukoll fil-Kappella tal-Kunċizzjoni;
  • Fis-6.30pm issir il-purċissjoni ma’ Marija Addolorata madwar xi toroq tal-parroċċa.

Wara l-purċissjoni issir quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Ħadd il-Palm: Nhar il-Ħadd fid-8.45am isir it-tberik taż-żebbuġ fil-Knisja ta’ Lapsi u wara purċissjoni sal-Knisja Parrokkjali fejn fid-9.30am issir quddiesa bis-sehem tat-tfal.

 

  1. Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-M.U.S.E.U.M, fis-Sala tal-M.U.S.E.U.M mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Kummissjoni Djakonija – Ġbir ta’ affarijiet tal-ikel: Fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali hemm siġra tal-Kummissjoni Djakonija;  min jixtieq jgħin lil min hu fil-bżonn, jista’ jieħu Card, jixtri dak li hemm miktub fuq in-naħa ta’ wara u jpoġġi l-affarijiet tal-ikel fil-qfief apposta (hemm qfief ukoll fil-Knisja ta’ Lapsi u l-Kappella tal-Kunċizzjoni). Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

 

  1. Ħin tas-Sajf: Matul il-weekend li ġej, (l-aħħar weekend ta’ Marzu) jinbidel il-ħin għal dak tas-Sajf u għalhekk il-quddiesa tal-Ħadd li ġej filgħaxija tkun fis-7.00pm.

Ikkummenta