AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 18 – 19 ta’ April 2015

Posted by on April 18, 2015 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 18 – 19 ta’ April 2015

 

  1. Family Visits: Matul din il-ġimgħa jkomplu l-Family Visits f’xi toroq fl-inħawi ta’ Paceville. Persuni responsabbli jiġu javżawkom xi ġranet qabel u jagħtukom appuntament.

 

  1. Laqgħa għall-ġenituri: Nhar it-Tlieta fil-5.30pm ser issir laqgħa fis-sala tal-M.U.S.E.U.M. għall-ġenituri tat-tfal li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena.

 

  1. Quddiesa għat-tfal: Nhar il-Ħadd, Jum il-Vokazzjonijiet, il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun animata mit-tfal.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għalihom.

 

  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

 

  1. Ħarġa – Montekristo Animal Park: Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Mejju, se ssir ħarġa għal kulħadd il-Montekristo Animal Park. Min jixtieq aktar dettalji jew jixtieq jibbukkja għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali jew l-Book Centre.

 

  1. Ġabra għall-Festa: Fil-ġabra li saret għall-Festa ta’ San Ġiljan inġabret is-somma ta’ €1,200. Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw il-kontribuzzjoni tagħhom, żgur li tapprezzaw illi dan m’huwiex biżżejjed biex nibdew inkopru l-ispejjeż għall-Festa. Tqassmu aktar minn 3,000 envelop u irċevejna lura numru żgħir minnhom. Għaldaqstant qed nerġgħu nappellaw għall-ġenerożita’ tagħkom. F’Awwissu terġa ssir ġabra għall-Festa.

Ikkummenta