AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 25 – 26 ta’ April 2015

Posted by on April 25, 2015 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 25 – 26 ta’ April 2015

 

  1. Family Visits: Matul din il-ġimgħa jkomplu l-Family Visits fiż-żona ta’ Paceville. Persuni responsabbli jiġu javżawkom xi ġranet qabel u jagħtukom appuntament.

 

  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja Parrokkjali,  ser jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.

 

  1. Ġabra: Matul il-weekend li ġej ser issir il-ġabra għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa.

 

  1. Attivitajiet oħra:
  • Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-M.U.S.E.U.M, fis-Sala tal-M.U.S.E.U.M mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  • Ħarġa għal kulħadd: Nhar il-Ġimgħa, Festa Pubblika, se ssir ħarġa għal kulħadd. Min jixtieq aktar dettalji jew jixtieq jibbukkja jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali jew l-Book Centre.

Ikkummenta