AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 2 – 3 ta’ Mejju 2015

 

  1. Family Visits: Din il-ġimgħa nagħlqu l-Family Visits. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li laqgħuna d-dar, kif ukoll lill-helpers kollha għall-għajnuna tagħhom.

 

  1. Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-7.00pm, se jingħad ir- Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fi Triq S. Elija.

 

  1. Ħarġa għall-Anzjani: Nhar it-Tlieta ser issir ħarġa għall-anzjani. Niltaqgħu fid-8.45am fi Pjazza Spinola jew Ta’ Giorni fejn il-Kulleġġ.

 

  1. Festa ta’ San Ġorġ Preca: Nhar il-Ħamis ser issir quddiesa fil-5.30pm fil-Knisja Parrokkjali għat-tfal kollha tal-katekiżmu u l-ġenituri tagħhom, organizzata mis-Soċjeta’ tal-M.U.S.E.U.M. fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġorġ Preca.

 

  1. Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss ser issir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Jista’ jiġi ipprovdut childminding jekk iċċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali biex tavżawna minn qabel. It-tema li ser tiġi diskussa dan ix-xahar hija “Il-Mistrieħ: Il-bżonn ta’ Time Out.

 

  1. Jum l-Omm: Nhar il-Ħadd niċċelebraw Jum l-Omm.

 

  1. Fond – għajnuna għan-Nepal: Il-Caritas Malta waqqfet fond sabiex jinġabru kontribuzzjonijiet ta’ flus biex ngħinu lil ħutna li sfaw vittmi tat-terremot fin-Nepal. Hemm urġenza kbira għall-għajnuna. Aktar dettalji jinsabu fuq in-noticeboards.

 

  1. San Ġwann Bosco Fostna: L-Urna bil-fdalijiet ta’ S. Ġwann Bosco, li se tinġieb Malta dan ix-xahar, se tinġieb fil-Knisja Parrokkjali tagħna nhar is-Sibt 16 ta’ Mejju fit-8.30pm. Hawn inkunu nistgħu nagħmlu mument ta’ talb.

 

  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

 

 

About the author

Ikkummenta