AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 30 – 31 ta’ Mejju 2015

Posted by on May 30, 2015 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 30 – 31 ta’ Mejju 2015

 

  1. Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina:
  • Nhar it-Tlieta fil-5.30pm se jsir it-Tieni Rehearsal għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Parrokkjali.
  • Nhar il-Ħamis fil-5.30pm ikun hawn is-servizz tal-Qrar għall-ġenituri u t-tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Parrokkjali.
  • Nhar is-Sibt, 50 tifel u tifla jiċċelebraw l-Ewwel Tqarbina fil-parroċċa. Iċ-Ċelebrazzjoni tibda fil-5.30pm. It-tfal jiltaqgħu fil-Knisja ta’ Lapsi fl-4.30pm. Il-Car Park tal-Iskola Primarja ikun miftuħ.

Dakinhar ma jkunx hawn il-quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tas-6.30pm imma jkun hawn quddiesa fit-7.45pm.

  • Corpus Christi: Nhar il-Ħadd wara l-quddiesa tas-7.00pm ser issir purċissjoni b’Ġesu’ Sagramentat akkumpanjat mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Il-Car Park tal-Iskola Primarja ikun miftuħ.

 

  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Attivita’ ta’ fundraising għall-Parroċċa: Nhar il-Ġimgħa fit-8.00pm se jsir Buffet Dinner l-Plaza Hotel, tas-Sliema. Aktar dettalji u biljetti mill-Book Centre jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa.

 

  1. Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2009, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).

 

  1. Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda’ fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru.  Min hu interessat jista’ japplika l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

Ikkummenta