AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 27 – 28 ta’ Ġunju 2015

 

  1. Festa ta’ S. Pietru u S. Pawl: Nhar it-Tnejn, Festa ta’ S. Pietru u S. Pawl, hija festa pubblika. Il-ħinijiet tal-quddies jkunu bħal ta’ fost il-ġimgħa. Tkun ħaġa sabiħa li min jista’ jisma quddiesa f’din is-Solennita’.

 

  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali. Dakinhar filgħaxija se ssir ukoll l-ordinazzjoni saċerdotali ta’ 4 saċerdoti fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Niftakru fihom fit-talb tagħna.

 

  1. Enċiklika ‘Laudato Si’: Nhar l-Erbgħa li għadda ġiet ippubblikata l-Enċiklika tal-Papa Franġisku dwar l-ambjent ‘Laudato Si’ bil-Malti. Tajjeb li jkollna kopja ta’ dak li l-Papa qiegħed jistedinna għalih bħala stil ta’ ħajja fir-rigward tal-ambjent. Il-Book Centre għandu kopji għall-bejgħ.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Pasta/Rice Night: Nhar il-Ġimgħa, se jsir pasta/rice night b’risq il-M.U.S.E.U.M. fis-7.30pm fil-grounds tal-iskola primarja. Biljetti mingħand il-helpers tal-M.U.S.E.U.M.

 

  1. Seminars: Se jsiru numru ta’ seminars mill-Malta Adlerian Psychology Association minn tliet kelliema prominenti indirizzati lejn ġenituri, għalliema, social workers, counsellors etc dwar it-trobbija tat-tfal u d-dixxiplina fl-iskola. Dawn is-seminars se jsiru l-Istitut Kattoliku u jittrattaw temi interessanti ferm. Aktar dettalji jinsabu fuq in-noticeboards.

About the author

Ikkummenta