AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 18 – 19 ta’ Lulju 2015

Posted by on July 18, 2015 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 18 – 19 ta’ Lulju 2015

 

  1. Quddiesa u Adorazzjoni – Grupp Mt Tabor: Il-Grupp Kariżmatiku Mount Tabor qed jorganizza quddiesa u adorazzjoni nhar l-Erbgħa fis-7.15pm fuq il-Ġibjun, Ta’ Giorni. Kulħadd huwa mistieden, b’mod speċjali l-familji kollha li joqgħodu fl-inħawi.

 

  1. Tibdil fil-ħinijiet tal-quddies f’Awwissu: Matul ix-xahar t’Awwissu, il-quddiesa tal-12.15pm fil-Knisja Parrokkjali mhux se ssir. Il-ħinijiet l-oħra tal-quddies jibqgħu l-istess.

 

  1. Servizz ta’ trasport mill-Kunsill Lokali: Il-Kunsill Lokali javża illi qed jiġi provdut servizz ta’ trasport b’xejn kuljum. It-trasport jitlaq fid-9.30pm u fl-10.30pm mill-Balluta u jgħaddi minn Ta’ Giorni, it-traffic lights ħdejn l-Independent, Sacred Heart Avenue u jerġa’ jinżel sal-Balluta.

Ikkummenta