Is-Seminarista Gilbert Scicluna

Kif forsi innutajtu, ġewwa San Ġiljan bħalissa għandna fostna lis-seminarista Gilbert Scicluna.  Gilbert twieled fit-13 ta’Lulju 1990 u huwa mill-Kalkara.  Wasal fl-aħħar tal-istudji tiegħu.  Fil-fatt, fit-30 t’Ottubru 2015 huwa ser jiġi ordnat Djaknu.  Wara li jirċevi id-Djakonat, Gilbert ser jibqa’ fostna sad-29 ta’Ġunju 2016 meta ser jiġi ordnat Saċerdot.  Minn qalbna nawguraw lil Gilbert minn issa għal dawn iż-żewġ avvenimenti importanti f’ħajtu kif ukoll nawgurawlu ħidma fejjieda fostna.

 

 

 

DSC_0078 (Copy)

About the author

Ikkummenta