Il-Festa Qed Toqrob !

Posted by on August 5, 2015 in Featured Article | 0 comments

Il-Festa Qed Toqrob !

Awwissu beda’ u għaddej ġmielu u dan ifisser li qed joqrob żmien il-festa !  It-toroq bdew jintlibsu u dawk il-ftit dilettanti narawhom iżjed spiss fit-toroq tal-madwar jippreparaw mill-aħjar li jistgħu.  Konxji li għalkemm illum qed ngħixu f’dinja postmoderna, fejn hija mmarkata fost oħrajn dejjem aktar mill-era diġitali, xorta waħda huma dawk li jkun qed jistennew il-festa tasal.

Ma nistgħu qatt ninsew l-għerq, l-iskop u l-qofol tar-raġuni għalfejn niċċelebraw il-festa ta’ San Ġiljan.  Żmien il-festa għandu jservi primarjament biex nitfgħu ħarsa aktar profonda lejn l-eżempji li jagħtina dan il-Qaddis.  Fix-xhur li ġejjin, il-Papa Franġisku ser jinawgura s-sena tal-ħniena.  Il-festa għandha sservina biex niftakru fil-ħniena u karita’ li wera San Ġiljan ma dawk li verament kienu fil-bżpnn.  Dan huwa li jrid il-Papa Franġisku minnha u minn din il-lenti għandna nħarsu aħna lejn il-festa.

F’kultura fejn tipproponi u sa ċertu punt taċċetta l-ironija ta’ aktar minn verita’waħda, l-eżempju ta’ dan il-Qaddis għadu jidwi sal-lum.  Jekk verament irridu ngħajjtu “Viva Ġiljanu” jeħtieg li b’mod konkret u konsistenti, fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, inkomplu fuq il-prinċipji, l-eżempju u t-tagħlim tiegħu.  L-istedina qegħda f’idejk ! Il-Festa t-Tajba.

Ikkummenta