AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 12 – 13 ta’ Settembru 2015

Posted by on September 13, 2015 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 12 – 13 ta’ Settembru 2015

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tas-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.

 

  1. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur huma mistiedna jattendu għal-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 27 ta’ Settembru fl-10.30am. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.

 

  1. Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2009, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament). L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għandna sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 16 ta’ Settembru 2015.

 

  1. Applikazzjonijiet – Skola tal-Knisja: Nhar it-Tlieta 15 ta’ Settembru se jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul ta’ subien fl-ewwel sena sekondarja 2015-2016 fi skola tal-Knisja. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website tal-Kurja thechurchinmalta.org jew minn fuq in-noticeboards tal-Knisja Parrokkjali u l-Knisja ta’ Lapsi.

 

 

Ikkummenta