AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 19 – 20 ta’ Settembru 2015

Posted by on September 19, 2015 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 19 – 20 ta’ Settembru 2015
  1. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li ser jiżżewġu fi żmien sitt xhur huma mistiedna jattendu għal-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd li ġej fl-10.30am. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Nhar il-Ħadd fis-00pm fil-Knisja Parrokkjali, se ssir quddiesa ta’ radd il-ħajr għal dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar, flimkien mal-familjari tagħhom.

 

  1. Pasta Night u Tombla: Nhar il-Ġimgħa 2 t’Ottubru se jsir Pasta Night u Tombla b’risq il-parroċċa fit-8.00pm fil-Carpark ħdejn il-Knisja Parrokkjali. Bookings mal-Uffiċċju Parrokkjali jew mal-Book Centre.

Ikkummenta