AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 10 – 11 ta’ Ottubru 2015

  1. Connections Teens: Nhar l-Erbgħa se jerġgħu jibdew il-laqgħat għall-adoloxxenti ta’ bejn it-13 u t-18-il sena. Dawn il-laqgħat se jsiru kull nhar t’Erbgħa fis-Sala ħdejn il-carpark tal-Knisja Parrokkjali u jibdew fit-7.45pm.

 

  1. Laqgħa – Grupp Ħbiberija: Il-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija se ssir nhar il-Ġimgħa fil-5.00pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II fejn se nitolbu rużarju meditat u wara ikun hemmu te’ u tombla.

 

  1. Ġurnata Missjunarja: Il-Weekend li ġej issir ġabra speċjali għall-Missjoni.

 

  1. Hospice Malta: Dal-weekend mad-dinja kollha qed tiġi ċċelebrata l-“World Hospice & Palliative Care Week”. Il-Hospice Malta tgħin ‘l fuq minn elf pazjent fis-sena kif ukoll lill-familjari tagħhom u dawn is-servizzi jiġu offruti kollha mingħajr ħlas. Mal-bibien tal-Knisja Parrokkjali hawn xi rappreżentanti tal-parroċċa li qed iqassmu rikordju tal-ġurnata kif ukoll jilqgħu xi donazzjonijiet. Kull offerta tiġi apprezzata.

About the author

Ikkummenta