AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 17 – 18 ta’ Ottubru 2015

Posted by on October 17, 2015 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 17 – 18 ta’ Ottubru 2015
  1. Lectio Divina: Nhar l-Erbgħa se ssir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla, immexxija minn Fr Stefan Attard fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd mistieden.

 

  1. Seminars dwar Evangelii Gaudium: Il-Parroċċa qed torganizza serje ta’ 3 seminars dwar l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku Evangelii Gaudium. L-ewwel Seminar se jsir nhar il-Ġimgħa fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II u t-tema se tkun ‘Il-Parroċċa f’Evangelii Gaudium’. Kulħadd mistieden. Aktar informazzjoni tinsab fuq in-noticeboards tal-Parroċċa.

 

  1. Ħin tax-Xitwa: Il-weekend li ġej indawru l-arloġġ siegħa lura u għalhekk mill-Ħadd li ġej 25 ta’ Ottubru, il-quddiesa ta’ filgħaxija, kemm tal-Ħadd, kif ukoll ta’ matul il-ġimgħa tkun fis-6.30pm. Il-quddies tas-Sibt filgħaxija jibqa’ l-istess.

 

  1. Quddiesa għat-tfal: Nhar il-Ħadd issir quddiesa mit-tfal għall-familja kollha fid-9.30am fejn ser issir ukoll il-preżentazzjoni tat-tfal li se jirċievu l-Griżma fil-31 ta’ Ottubru.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Nhar il-Ħadd fis-30pm, se ssir quddiesa ta’ radd il-ħajr għal dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar, flimkien mal-familjari tagħhom.

 

  1. Ordinazzjoni tad-Djakonat: Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru 2015 se ssir l-Ordinazzjoni tad-Djakonat ta’ 7 seminaristi fosthom Gilbert Sciclunali qed iservi fil-Parroċċa tagħna. L-Ordinazzjoni se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi, fis-6.30pm. Tkun ħaġa sabiħa li ningħaqdu bħala komunita’ flimkien ma’ Gilbert għal din l-okkażjoni speċjali. Żgur li l-preżenza tagħna tkun apprezzata u tkun ta’ inkoraġġiment għal Gilbert fil-bidu tal-ministeru tiegħu bħala djaknu fil-Parroċċa tagħna. Qed norganizzaw it-trasport lejn Ħal-Qormi u lura. Jekk tixtiequ tibbukkjaw t-trasport, intom mitlubin iċċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar l- Erbgħa 28 ta’ Ottubru 2015.

 

  1. Ġabra – Hospice Malta: Hospice Malta jixtiequ jirringrazzjaw ħafna lill-parruċċani kollha li kkontribwew il-weekend li għadda fil-ġbir li sar barra l-Knisja Parrokkjali b’risq il-ħidma tal-Hospice. Inġabret is-somma ta’ €1,870, l-ikbar somma li nġabret mill-parroċċi kollha f’Malta. Grazzi lil kulħadd.

Ikkummenta