AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 24 – 25 ta’ Ottubru 2015

Posted by on October 24, 2015 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 24 – 25 ta’ Ottubru 2015

 

  1. Griżma tal-Isqof: Nhar is-Sibt fil-5.30pm issir iċ-Ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof fil-Knisja Parrokkjali. Dakinhar ma jkunx hawn quddiesa fit-7.45pm. Ikun hemm quddiesa fil-5.30pm fil-Kappella tal-Kunċizzjoni u fis-6.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi. Il-parking tal-iskola primarja jkun miftuħ.

 

  1. Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ta’ ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

 

  1. Ġabra għall-Missjoni: Il-ġabra li saret matul il-weekend li għadda kienet ta’ €3,483.  Grazzi ħafna tal-ġenerożità tagħkom.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

 

  1. Ordinazzjoni tad-Djakonat: Nhar il-Ġimgħa se ssir l-Ordinazzjoni tad-Djakonat ta’ 7 seminaristi fosthom Gilbert Sciclunali qed iservi fil-Parroċċa tagħna. L-Ordinazzjoni se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi, fis-6.30pm. Tkun ħaġa sabiħa li ningħaqdu bħala komunita’ flimkien ma’ Gilbert għal din l-okkażjoni speċjali. Żgur li l-preżenza tagħna tkun apprezzata u tkun ta’ inkoraġġiment għal Gilbert fil-bidu tal-ministeru tiegħu bħala djaknu fil-Parroċċa tagħna. Qed norganizzaw it-trasport lejn Ħal-Qormi u lura. Jekk tixtiequ tibbukkjaw t-trasport, intom mitlubin iċċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar l-Erbgħa.

Ikkummenta