Djakonat – Gilbert Scicluna

Posted by on October 29, 2015 in Aħbarijiet mil-Paroċċa, Featured Article | 0 comments

Djakonat – Gilbert Scicluna

L-ewwel darba li l-Parroċċa ta’ San Ġiljan iltaqgħet mas-seminarista Gilbert Scicluna kienet meta kien prezenti għall-Quddiesa tat-Tfal t’ April li għadda.

Illum kullħadd sar jaf lil Gilbert peress li ilu mill-bidu tas-sajf jagħti servizz fil-Parroċċa tagħna.

Nhar il-Ġimgħa 30 t’Ottubru se ssir l-Ordinazzjoni tad-Djakonat ta’ 7 seminaristi fosthom Gilbert. L-Ordinazzjoni se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi, fis-6.30pm.

Nawguraw lill-Gilbert u lil sħabu xewqat mill-isbaħ għad-djakonat tagħhom.

 

 

 

This slideshow requires JavaScript.

 

 

Ikkummenta