AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 14 – 15 ta’ Novembru 2015

Posted by on November 14, 2015 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 14 – 15 ta’ Novembru 2015

 

  1. Lectio Divina: Nhar l-Erbgħa se ssir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla, immexxija minn Fr Stefan Attard fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd mistieden.

 

  1. Għaqda Nisa Ġiljaniżi – Coffee Morning: Nhar il-Ħamis l-Għaqda Nisa Ġiljaniżi qed torganizza Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fid-9.30am il-Plaza Hotel, tas-Sliema. Il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-helpers tal-Għaqda.

 

  1. Laqgħa Griżma – Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal kollha li jattendu s-6 sena tal-katekiżmu (li se jirċievu l-Griżma s-sena d-dieħla). Il-laqgħa se ssir fis-7.00pm fis-Sala tal-M.U.S.E.U.M.

 

  1. Wine & Pizza/Tombola Night: Nhar il-Ġimgħa se ssir attivita’ ta’ fundraising b’risq il-Parroċċa fis-7.00pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Bookings mal-Uffiċċju Parrokkjali jew il-Book Centre.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fil-11.00am fejn isir talb speċjali għali

 

  1. Festa ta’ Kristu Re: Nhar il-Ħadd se ssir iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana għall-Festa ta’ Kristu Re, immexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-5.00pm fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żabbar. Wara ikun hemm ukoll quddiesa.

Ikkummenta