AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 28 – 29 ta’ Novembru 2015

Posted by on November 28, 2015 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 28 – 29 ta’ Novembru 2015
  1. Adorazzjoni – L-Ewwel Ħadd tal-Avvent ser issir adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat fis-7.15pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd mistieden għal dan il-ħin ta’ talb flimkien fejn se nitolbu ukoll għall-paċi. Se jkun hawn ukoll ħin għall-qrar.

 

  1. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-30pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali. Se nipprovdu wkoll is-servizz tal-qrar.

 

  1. Irtir: Nhar it-Tlieta 8 ta’ Diċembru (Festa Pubblika) se norganizzaw nofstanhar irtir għall-Avvent,id-dar tal-irtiri tal-Porziuncola, Baħar iċ-Ċagħaq mid-9.30am sas-1.00pm. Se jmexxi l-irtir Fr Paul Sciberras u l-programm se jinkludi quddiesa. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. Christmas Buffet Dinner: Il-Parroċċa qed torganizza Christmas Buffet Dinner nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru fis-7.30pm il-Lukanda Golden Tulip Vivaldi, f’Paceville. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali jew mill-Book Centre.

 

  1. Bejgħ ta’ Ponsjetti u affarijiet tal-Milied: Il-weekend li ġej ser ikun hawn il-ponsjetti għall-bejgħ. Il-Book Centre għandhom ukoll għall-bejgħ ornamenti, kotba għall-Milied u l-kartolini tal-Parroċċa.

 

  1. Kummissjoni Djakonija: Infakkru  li fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali hemm is-siġra tal-Milied tal-Kummissjoni Djakonija;  min jixtieq jgħin lil min hu fil-bżonn, jista’ jieħu Christmas Cracker, jixtri dak li hemm miktub u jpoġġi l-affarijiet tal-ikel fil-qfief apposta (li jinsabu ukoll Lapsi u l-Kunċizzjoni). Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

Ikkummenta