AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 7 – 8 ta’ Novembru 2015

Posted by on November 10, 2015 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 7 – 8 ta’ Novembru 2015
  1. Seminars dwar Evangelii Gaudium: Nhar il-Ġimgħa fis-7.15pm je jsir it-tieni Seminar dwar l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku Evangelii Gaudium, fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. It-tema se tkun ‘L-Evanġelizzazzjoni f’Evangelii Gaudium’. Kulħadd mistieden. Aktar informazzjoni tinsab fuq in-noticeboards tal-Parroċċa.

 

  1. Ħarġa – Grupp Ħbiberija: Nixtiequ navżaw illi l-Grupp Ħbiberija se jorganizza Coffee Morning nhar il-Ġimgħa. Nibdew b’quddiesa fl-10.00am id-Dar Tal-Providenza u wara mmorru sal-Limestone Heritage fejn ikun hemm Tour u nieħdu xi ħaġa flimkien. Trasport ser ikun ipprovdut fid-9.15am minn Pjazza Spinola. Dawk kollha li jixtiequ jiġu jew jixtiequ aktar dettalji, huma mitluba jċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar il-Ħamis.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Coffee Morning: Nhar it-Tlieta fid-9.30am se jsir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fis-Sala ħdejn il-Knisja.

 

  1. Cake Sale b’risq il-Parroċċa: Il-weekend li ġej se jsir Cake Sale b’risq il-Parroċċa. Dawk kollha li jistgħu jagħmlu/jagħtu xi cake jew affarijiet tal-ħelu b’donazzjoni, mitluba iġibuhom l-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa. Grazzi.

 

  1. Ġabra: Il-weekend li ġej se ssir ġabra għall-iskejjel tal-Knisja f’Malta biex ikunu jistgħu jkomplu jaqdu u jġibu ‘l quddiem il-missjoni tagħhom ta’ edukazzjoni ta’ eluf ta’ tfal u żgħażagħ.

 

  1. Applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja: Il-Kurja tavża illi fil-ġimgħat li ġejjin se jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja. Informazzjoni dettaljata tista’ tinkiseb mill-istess skejjel tal-Knisja, minn fuq il-website tal-Kurja thechurchinmalta.org u klikkja fuq Church Schools Entry jew min-noticeboards tal-Parroċċa.

Ikkummenta