AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 12 – 13 ta’ Diċembru 2015

Posted by on December 12, 2015 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 12 – 13 ta’ Diċembru 2015

 

  1. Grupp Ħbiberija – Ikla għall-Milied: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi ser issir ikla għall-Milied nhar il-Ġimgħa għall-membri tal-Grupp Ħbiberija. Kulmin jixtieq aktar dettalji jew biex jibbukkja, għandu jikkuntattja l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  1. St Julian’s Choral Group – Kant tal-Milied: Nhar is-Sibt fis-6.00pm se jsir kunċert tal-Milied ta’ nofsiegħa mis-St Julian’s Choral Group fil-Knisja Parrokkjali. (Dakinhar ir-rużarju jingħad fil-5.30pm.)

 

  1. Quddiesa tat-tfal: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am tkun bis-sehem tat-tfal fejn ser ikun hemm reċta tal-Milied u t-tberik tal-Bambini.

 

  1. Programm Mużikali – Banda Spinola: Nhar il-Ħadd fis-7.30pm se jsir il-Programm Mużikali Annwali tal-Banda Spinola fil-Kappella tal-Kunċizzjoni. Kulħadd mistieden.

 

  1. Attivitajiet oħra:
  • Coffee Morning: Nhar it-Tlieta fid-9.30am se jsir Coffee Morning fis-Sala ħdejn il-Knisja.
  • Christmas Party għat-tfal: Nhar il-Ġimgħa se norganizzaw Christmas Party għat-tfal mill-5.00pm sas-7.00pm fis-Sala ħdejn il-Knisja. Aktar dettalji u bookings mal-Book Centre.

 

  1. Kummissjoni Djakonija: Infakkru  li fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali hemm is-siġra tal-Milied tal-Kummissjoni Djakonija;  min jixtieq jgħin lil min hu fil-bżonn, jista’ jieħu Christmas Cracker, jixtri dak li hemm miktub u jpoġġi l-affarijiet tal-ikel fil-qfief apposta (li jinsabu ukoll Lapsi u l-Kunċizzjoni). Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

 

  1. Kunċert – Orkestra Nazzjonali: Nhar it-Tnejn 21 ta’ Diċembru, fit-8.00pm, fl-okkażjoni tal-125 sena parroċċa, lkoll mistiedna għall-Kunċert tal-Milied mill-Orkestra Nazzjonali bis-sehem tal-Chorus Urbanus fil-Knisja Parrokkjali.

 

 

Ikkummenta