AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 5 – 6 ta’ Diċembru 2015

Posted by on December 5, 2015 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 5 – 6 ta’ Diċembru 2015

 

  1. Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni u Ftuħ tas-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena: Nhar it-Tlieta niċċelebraw il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni u l-ħin tal-quddies ikun bħal fost il-ġimgħa. Ser issir ukoll quddiesa fit-8.30am fil-Kappella tal-Kunċizzjoni għal din l-okkażjoni. Dakinhar se norganizzaw ukoll nofstanhar irtir għall-Avvent,id-dar tal-irtiri tal-Porziuncola, Baħar iċ-Ċagħaq mid-9.30am sas-1.00pm. Se jmexxi l-irtir Fr Paul Sciberras u l-programm se jinkludi quddiesa. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tnejn filgħodu.  Nhar it-Tlieta, il-Q.T. il-Papa Franġisku se jiftaħ il-Bieb tal-Ħniena fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Imbagħad, bħala parti mill-bidu tal-Ġublew tal-Ħniena fil-Knisja f’Malta, nhar il-Ħadd se ssir ċelebrazzjoni li matulha jinfetaħ il-Bieb tal-Ħniena fil-Katidral tal-Imdina. Iċ-ċelebrazzjoni tibda fil-Knisja ta’ San Mark fir-Rabat fil-5.30pm u wara ssir purċissjoni lejn il-Katidral tal-Imdina fejn jinfetaħ il-Bieb tal-Ħniena u ssir Quddiesa fil-Katidral stess. Kulħadd mistieden biex jieħu sehem.

 

  1. Lectio Divina: Nhar l-Erbgħa se ssir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla, immexxija minn Fr Stefan Attard fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd mistieden.

 

  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Matul is-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena, l-Appostolat tal-Ħniena Divina se jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi kull tieni ġimgħa tax-xahar fit-3.00pm. Nibdew nhar il-Ġimgħa li ġej. Kulħadd mistieden.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa. Mal-ħarġa tax-xahar ta’ Diċembru se jitqassam b’rigal edizzjoni speċjali tal-kalendarju tal-Parroċċa għas-sena 2016 fl-okkażjoni tal-125 Anniversarju tal-Parroċċa.

 

  1. Laqgħa Speċjali għall-Miżżewġin Ġodda mal-Arċisqof: Il-Moviment ta’ Kana jistieden lill-koppji li żżewġu matul is-sena 2015 għal quddiesa li se jiċċelebra l-E.T. Mons Arċisqof nhar it-Tlieta fil-5.30pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, Valletta.

 

  1. Christmas Buffet Dinner: Infakkrukom li nhar il-Ġimgħa il-Parroċċa se torganizza Christmas Buffet Dinner il-Lukanda Golden Tulip Vivaldi, f’Paceville. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali jew mill-Book Centre.

 

  1. Bejgħ ta’ Mince Pies, Ponsjetti u affarijiet tal-Milied: Il-weekend li ġej ser ikun hawn il-mince pies u ponsjetti għall-bejgħ. Il-Book Centre għandhom ukoll għall-bejgħ ornamenti, kotba għall-Milied u l-kartolini tal-Parroċċa.

Ikkummenta