Proġett ta’ Karita’ f’għeluq il-125 sena Parroċċa

Posted by on December 28, 2015 in Featured Article | 0 comments

Proġett ta’ Karita’ f’għeluq il-125 sena Parroċċa

Kif diġa smajtu matul is-sena 2016, il-parroċċa tagħna ser tkun qed tiċċelebra l-125 sena mit-twaqqif tagħha.  Għal dan il-għan, il-parroċċa ħasbet biex twaqqaf proġett ta’karita’ biex nimxu fuq l-eżempju tal-patrun tagħna San Ġiljan u anke speċjalment f’din is-sena tal-ħniena.

DSC_0068 (Copy)Nhar it-Tnejn 21 ta’ Diċembru l-kappillan Fr Claude Portelli ħabbar dan il-proġett fejn matul din is-sena ser ngħinu lid-Dar tal-Provvidenza fis-Siġġiewi. Il-kappillan nieda dan il-proġett waqt il-kunċert tal-Milied li sar fil-parroċċa tagħna mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u l-kor Chorus Urbanus.  Matul din is-serata, mat-tħabbira ta’ dan il-proġett, inġabret is-somma ta’ Eur 1,300.

Fil-waqt li nirringrazzjaw lil dawk preżenti tal-ġenerożita’ tagħhom, inħeġġu lill-parruċċani biex jagħtu l-offerti tagħhom lill-kappillan b’risq din il-kawża ġusta.a88862101f0de0f67b2af21edbc661614087829547-1387201310-52af031e-620x348

Is-somma globali li tinġabar ser tiġi preżentata lid-direttur tad-Dar tal-Providenza fil-ġimgħa tal-festa f’Awwissu li ġej.

maxresdefaultNitlobkom u nħeġġu lil kulħadd biex inkunu ġenerużi u nuru verament li aħna nimxu fuq il-passi tal-patrun tagħna San Ġiljan.

Ikkummenta