San Giljan 125 Sena Parroċċa

Posted by on December 31, 2015 in Featured Article, San Ġiljan 125 Sena Parroċċa | 0 comments

San Giljan 125 Sena Parroċċa

Fl-introduzzjoni li saret qabel il-Quddiesa tal-aħħar tas-sena fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan saret referenza għall-anniversarju tal-125 sena mit-twaqqif tal-parroċċa li ser niċċelebraw flimkien fix-xhur li ġejjin.  Ma kienx jonqos li nfakkru lil dawk ta’qabilna u nsellmu lill-kappillani kollha li ħadmu tul is-snin, speċjalment lil Dun Ġużepp Xerri li ħabrek kemm felaħ biex San Ġiljan sar parroċċa.

Fl-aħħar tal-Quddiesa, parti mill-messaġġ tal-kappillan Fr Claude Portelli, wkoll kien dedikat għal dan l-anniversarju.  Il-kappillan appella biex matul din is-sena nkomplu dak li bdew ta’qabilna u nkomplu ninbnew bħala komunita’ ħajja.

Għall-okkażżjoni tal-125 sena mit-twaqqif tal-parroċċa, tnieda logo uffiċċjali maħdum mill-artist u kavallier Adonai Camilleri Cauchi.    Il-logo jikkonsisti fl-arma originali tal-parrocca, dik tal-post kif ukoll juri ż-żewg knejjes – dik il-knisja li fiha twaqqfet il-parrocca (Ta’Lapsi), u l-knisja preżenti.  Il-logo għandu wkoll messaġġ xi jwasslilna: ‘Nghammru fiH u Hu fina’.  Nirringrazzjaw lil dawk kollha involuti biex sar dan il-logo u nappellaw lill-parruċċani kollha biex kif qal il-kappillan jgħinu u jipparteċipaw fl-attivitajiet li ser jiġu organiżżati.

125 Sena Parrocca San Giljan Large

Ikkummenta