AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 16 – 17 ta’ Jannar 2016

 

  1. Lectio Divina: Nhar l-Erbgħa se ssir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla, immexxi minn Fr Stefan Attard fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd imħeġġeġ sabiex jattendi.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nagħtu bidu għall-family visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu fi Triq S. Anġlu u Triq S. Elija. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Festa Liturġika ta’ San Ġiljan:
  • Quddiesa L-Isla: Nhar il-Ġimgħa se ssir quddiesa fil-Kappella ta’ San Ġiljan fl-Isla fis-7.00pm. Se jkun hemm trasport provdut għal min jixtieq u wara mmorru nieħdu xi ħaġa flimkien.  Min jixtieq jibbukkja għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.

 

  • ‘San Ġiljan Oratorjo’: Il-Banda San Ġiljan, bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat tal-125 Anniversarju tal-Parroċċa, tippreżenta ‘San Ġiljan Oratorjo’, nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Jannar fil-Knisja Parrokkjali fis-7.30pm, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Etienne Spiteri bis-sehem tal-Coro bel Canto u Solisti. Kliem ta’ Joe Friggieri u mużika ta’ Etienne Spiteri. Id-dħul huwa b’xejn u kulħadd mistieden.

 

  1. Laqgħa Speċjali għall-Għarajjes mal-Arċisqof: Nhar il-Ħadd 24 ta’ Jannar fil-5.30pm, il-Moviment ta’ Kana jistieden lill-Koppji Għarajjes li se jiżżewġu matul din is-sena, għall-Quddiesa mal-E.T. Mons. Arċisqof fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, Valletta.

 

  1. Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fi żmien sitt xhur u li attendew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li se ssir nhar il-Ħadd 31 ta’ Jannar fl-10.30am fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.

About the author

Ikkummenta