Pittura ta’ Preti tittieħed għar-Restawr

Posted by on January 9, 2016 in Aħbarijiet Oħra, Featured Article | 0 comments

Pittura ta’ Preti tittieħed għar-Restawr

Wara madwar 8 snin ta’ stennija, llum wara nofs in-nhar ittieħdet għar restawr il-pittura li turi id-depożizzjoni – lil Sidna Ġesu’ jitniżżel minn fuq is-salib.  Din il-pittura tinsab fil-knisja l-antika ‘Ta Lapsi’ u hija xogħol il-bottega ta’ Mattia Preti.  Il-kappillan Fr Claude Portelli irnexxielu jsib benefattur li ser iħallas l-ispejjeż kollha biex din il-pittura tiġi restawrata.  L-ispiża hija ta’madwar għaxart elef ewro.   Ix-xogħol ta’ restawr qed isir minn Pierre Buġeja u mistenni jitlesta iżjed tard matul din is-sena.  Aħna ser inżommukom aġġornati bil-progress li jkun qed isir.  Ta’ min jgħid li dan huwa xogħol delikat ħafna, speċjalment minħabba l-ħsarat kbar li fiha.

 

 

This slideshow requires JavaScript.

Ikkummenta