AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 20 – 21 ta’ Frar 2016

Posted by on February 20, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 20 – 21 ta’ Frar 2016
  1. Laqgħa għall-ġenituri – Katekiżmu: Nhar il-Ħamis mill-5.30pm sas-6.15pm ser issir laqgħa għall-ġenituri kollha tat-tfal tal-katekiżmu fis-Sala tal-M.U.S.E.U.M.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn ser inżuru l-familji li joqogħdu fi Triq Claire E. Engel. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Nhar il-Ġimgħa bejn it-3.00pm u l-4.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Quddiesa tat-tfal: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali tkun bis-sehem tat-tfal.

 

  1. Bookings għall-intenzjonijiet għall-quddies: Nissuġġerixxu lil dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw intenzjonijiet għall-quddies fil-Knisja Parrokkjali, biex ma jħallux għall-aħħar u jkellmu lill-Viċi Kappillan Fr Paul minn qabel.

 

  1. Nofstanhar riflessjoni għar-Randan: Il-Parroċċa qed torganizza nofstanhar ta’ riflessjoni għar-Randan nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu 2016 mid-9.30am sas-1.00pm. Imexxi Patri Chrstopher Caruana OP (Dumnikan). Il-programm jinkludi quddiesa. Min jixtieq jibbukkja, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali (speċjalment min jixtieq joqgħod għall-ikel).

 

  1. Avviżi mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan:
  • Nhar ta’ Tlieta filgħaxija minn Marzu sa Mejju,ser isir proġett kreattiv li jlaqqa’ flimkien lill-anzjani u t-tfal b’kollaborazzjoni mill-Kunsilli Lokali ta’ San Ġiljan u tas-Sliema. Għal aktar informazzjoni araw il-posters fuq in-noticeboards.

 

  • Kull l-ewwel Sibt tax-xahar qed isiru testijiet tal-pressjoni kif ukoll taz-zokkor bla ħlas, ġewwa l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan bejn id-9.00am u l-11.00am.

Ikkummenta