AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 6 – 7 ta’ Frar 2016

Posted by on February 7, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 6 – 7 ta’ Frar 2016

 

  1. L-Erbgħa tal-Irmied: Jum ta’ Sawm u Astinenza. Wara il-quddiesa tas-6.30pm issir Adorazzjoni tas-Salib fil-Knisja Parrokkjali. Ikun hemm ukoll is-servizz tal-Qrar.

 

  1. Adorazzjoni tal-Unita’: Nhar il-Ħamis fis-7.15pm ser issir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Monasteru tal-Klarissi, San Ġiljan, li fiha ser jieħdu sehem il-komunitajiet tal-Parroċċi tal-Unita’ tagħna. Kulħadd huwa mistieden sabiex jattendi.

 

  1. Adorazzjoni tal-Ħniena Divina: Nhar il-Ġimgħa (u kull nhar ta’ Ġimgħa matul ir-Randan) bejn it-3.00pm u l-4.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Family Visits: Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, nkomplu l-Family Visits fejn se nżuru l-familji li joqogħdu f’xi partijiet ta’ Triq Lapsi u Triq il-Kbira. Il-helpers jikkuntattjawkom bil-ħin tal-appuntament.

 

  1. Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss se ssir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. It-tema li se tiġi diskussa dan ix-xahar hija “Ir-relazzjoni mal-ġenituri”.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għali

 

  1. Adorazzjoni – L-Ewwel Ħadd tar-Randan: Nhar il-Ħadd fis-7.30pm, ser issir Adorazzjoni u rużarju quddiem Ġesu’ Sagramentat fil-Knisja Parrokkjali fl-okkażjoni tal-ewwel Ħadd tar-Randan. Ikun hemm ukoll is-servizz tal-Qrar. Kulħadd mistieden.

 

  1. Attivitajiet oħra – Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa, fis-Sala ħdejn il-Knisja Parrokkjali mid-9.30am ‘l quddiem.

Ikkummenta