Ġest Sabiħ mit-Tfal tal-Parroċċa

Posted by on February 28, 2016 in Aħbarijiet mil-Paroċċa, Attivitajiet fil-Paroċċa, Featured Article, Kummisjoni Tfal | 0 comments

Ġest Sabiħ mit-Tfal tal-Parroċċa

Waqt il-Quddiesa li ġiet organiżżata mit-tfal għat-tfal fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan, il-kappillan Fr Claude Portelli waqt l-omelija, spjega kif aħna lkoll imsejħin biex ngħinu lil ħaddiehor jara s-sabiħ tal-ħajja.    Biex inwettqu dan fil-konkret, stieden lil kull min xtaq biex b’donazzjoni ta’ € 2.50 ikun qed jikkontribwixxi biex jinxtraw pakketti ta’ gallettini bil-kliem LOVE u HOPE. (ara ritratt).  Dawn il-pakketti ser jitqassmu lit-tfal rikoverati fir-Rainbow Ward f’Mater Dei u fl-isptar tal-Onkoloġija. DSC_0034 (Copy)

Ikkummenta