Attivitajiet marbuta mar-Randan 2016

Posted by on March 2, 2016 in Aħbarijiet mil-Paroċċa, Kummissjoni Liturgija, Randan u Għid | 0 comments

Attivitajiet marbuta mar-Randan 2016

– Il-Ġimgħa 4 ta’ Marzu 2016:

Adorazzjoni tal-Ħniena Divina bejn it-3.00pm u l-4.00pm fil-knisja parrokkjali

L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Rużarju fis-6.00pm fil-knisja parrokkjali.  Fis-6.30pm tibda’ l-Quddiesa u wara ftit ħin t’Adorazzjoni.  Ikun hemm il-Qrar.

Adorazzjoni bejn id-09.00pm u 02.00am fil-knisja tal-Kunċizzjoni. Ikun hemm ħin għall-Qrar.

– Is-Sibt 5 ta’ Marzu 2016:

Irtir tar-Randan għall-kulħadd, l-Oratorju, B’Kara mid-9.30am sas-1.00pm. Jippriedka Fr Christopher Caruana OP (Dumnikan).DSCF7452 (Copy)

-L-Erbgħa 9, Il-Ħamis 10 u l-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2016:

Tlett ijiem eżerċizzi għal kulħadd fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Jippriedka Fr Christopher Caruana OP (Dumnikan).

– Il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2016:

Adorazzjoni tal-Ħniena Divina bejn it-3.00pm u l-4.00pm fil-knisja parrokkjali

– Il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2016:

Fl-4.00am – Pellegrinaġġ mill-Knisja ta’ Lapsi għall-Mellieħa.  Naslu l-Mellieħa fil-ħin għall-Quddiesa fid-09.00am.  Lura bil-private.

– L-Erbgħa 16 ta’ Marzu 2016:

Wara l-quddiesa tas-6.30pm fil-knisja parrokkali, ssir l-Lectio Divina u wara ħin ta’ adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali sa’ nofsillejl. Ikun hemm saċerdoti għall-Qrar.DSCF9048 (Copy)

– L-Ġimgħa 18 ta’Marzu 2016:

Adorazzjoni tal-Ħniena Divina bejn it-3.00pm u l-4.00pm fil-knisja parrokkjali

Jum id-Duluri. Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni.  Fis-6.30pm Pellegrinaġġ Penitenzjali u wara quddiesa fil-knisja parrokkjali.

– Il-Ħadd 20 ta’Marzu 2016:

Ħadd il-Palm.  09.00am Tberika tal-palm u weraq taż-żebbuġ fil-knisja Ta’Lapsi.  Wara purċissjoni sal-knisja parrokkjali.

– It-Tnejn 21 ta’Marzu 2016 :

Via Sagra wara l-Quddies tas-6.30pm mill-knisja parrokkjali u taddi mit-toroq ġewwa The Gardens.

– It-Tlieta 22 ta’ Marzu 2016:

Kunċert ‘The Passion of Christ’ mill-Amadeus Choir fis-7.30pm fil-knisja parrokkjali.

– L-Ħamis 24 ta’ Marzu 2016:

Ħamis ix-Xirka.   Quddiesa fil-5.30pm fil-knisja ta’ Lapsi u fil-kappella tal-Kunċizzjoni.  Funzjoni fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali.  Ħin għall-viżti.  Adorazzjoni fil-1100pm sa nofsillejl.  Il-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni jkunu miftuħa wkoll sa nofsillejl.DSC_0089a

– L-Ġimgħa 25 ta’ Marzu 2016:

L-Ġimgħa l-Kbira.  Ħin għall-viżti.  Il-knisja parrokkjali, l-knisja Ta’ Lapsi u l-kappella tal-Kunċizzjoni  jkunu miftuħa sa nofsinnhar.  Fit-3.00pm tibda l-funzjoni fil-knisja parrokkjali.DSC_0094a

– S-Sibt 26 ta’ Marzu 2016:

Sibt il-Għid  – Funzjoni fil-knisja parrokkjali tibda fit-8.00pm. Isir it-tberik tan-nar, l-ilma u jiġi ċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.

– Il-Ħadd 27 ta’ Marzu 2016:

L-Għid il-Kbir. Fid-9.30am jitbierku l-figolli u jibda’marċ bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt mis-Soċjeta’ Mużikali Spinola.DSC_0004 (Copy)

– Il-Ħadd 3 t’April 2016:

Festa tal-Ħniena Divina.  Fis-5.45 adorazzjoni fil-knisja parrokkjali organiżżata mill-appostolat tal-Ħniena Divina.  Fis-7.00pm quddiesa fil-knisja parrokkjali immexxija mill-Arċisqof Mons. Charles J.Scicluna u animata mis-St Julians Choral Group.

Ikkummenta