AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 12 – 13 ta’ Marzu 2016

 

  1. St Julian’s Choral Group: Nhar it-Tlieta wara l-quddiesa tas-6.30pm is-St Julian’s Choral Group se joffru kant u riflessjonijiet bi preparazzjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Lectio Divina: Nhar l-Erbgħa se ssir Lectio Divina, ħin ta’ talb madwar il-Kelma t’Alla. Imexxi Fr Stefan Attard fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Adorazzjoni u Qrar: Bħala preparazzjoni għal Jum id-Duluri, nhar l-Erbgħa mit-7.45pm sa nofsillejl fil-Knisja Parrokkjali ser ikun hemm ħin għall-adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesu’ Sagramentat u jkun hemm ukoll saċerdoti disponibbli għall-qrar matul il-ħin kollu.

 

  1. Festa tad-Duluri (il-Ġimgħa):
  • Bejn it-3.00 u l-4.00pm issir Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali;
  • Fl-4.30pm ser ikun hemm siegħa ta’ talb ma’ Marija Addolorata fil-Knisja ta’ Lapsi u wara quddiesa fil-5.30pm;
  • Fil-5.30pm issir quddiesa fil-Kappella tal-Kunċizzjoni;
  • Fis-6.30pm issir il-purċissjoni ma’ Marija Addolorata madwar xi toroq tal-parroċċa. Wara l-purċissjoni issir quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.

 

  1. Ħadd il-Palm: Nhar il-Ħadd fid-9.00am isir it-tberik taż-żebbuġ fil-Knisja ta’ Lapsi u wara purċissjoni sal-Knisja Parrokkjali fejn fid-9.30am issir quddiesa bis-sehem tat-tfal.

 

  1. Eżerċizzi – Kappella tal-Kunċizzjoni: Minn nhar it-Tnejn li ġej sa nhar il-Ġimgħa ser ikun hemm kors ta’ eżerċizzi waqt il-quddiesa tal-5.30pm fil-Kappella tal-Kunċizzjoni.

 

  1. Ġabra Seminarju: Fil-ġabra li saret il-ġimgħa li għaddiet b’risq is-Seminarju inġabret is-somma sabiħa ta’ €2,000. F’isem ir-Rettur tas-Seminarju u s-seminaristi, nirringrazzjawkom mill-qalb.

 

  1. Ġbir ta’ affarijiet tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi fuq in-naħa ta’ wara tal-Knisja Parrokkjali, kif ukoll Lapsi u l-Kunċizzjoni, tqegħdu qfief apposta fejn kulmin jixtieq jista’ jpoġġi affarijiet tal-ikel għal nies fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

 

  1. Bejgħ ta’ figolli: Matul dan il-weekend ser ikollna figolli home-made għall-bejgħ ħdejn il-Knisja Parrokkjali.

About the author

Ikkummenta