AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 2 – 3 ta’ April 2016

Posted by on April 2, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 2 – 3 ta’ April 2016
  1. Ħniena Divina: Il-Ħadd 3 t’April fis-5.45pm ikun hawn Adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali u wara quddiesa organizzata mill-Appostolat tal-Ħniena Divina

 

  1. Katekiżmu: Nhar it-Tlieta/il-Ħamis (skont il-klassijiet) jibda l-Katekiżmu wara l-vaganzi tal-Għid.

 

  1. Family Visits: Matul din il-ġimgħa nkomplu l-Family Visits f’xi toroq fl-inħawi ta’ Ta’ Giorni. Il-helpers jiġu javżawkom xi ġranet qabel u jagħtukom appuntament. Il-programm kollu jinsab ukoll fil-Flimkien.

 

  1. Adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa fit-3.00pm, l-Appostolat tal-Ħniena Divina se jorganizza siegħa adorazzjoni fil-Knisja ta’ Lapsi. Kulħadd mistieden.

 

  1. Laqgħa Koppji Miżżewġin: Il-laqgħa li jmiss se ssir is-Sibt li ġej fis-7.30pm fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II. It-tema li se tiġi diskussa dan ix-xahar hija ‘Il-familja u s-soċjeta’ ta’ madwarna’.

 

  1. Magħmudija: Nhar il-Ħadd, fil-Knisja Parrokkjali, waqt il-quddiesa tal-11.00am se jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.

 

  1. Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali din il-ġimgħa. Mal-Flimkien ta’ April, se tirċievu envelop għal donazzjonijiet għall-Festa li se niċċelebraw f’Awwissu. Bħas-sena l-oħra, ħsibna illi nibdew niġbru minn issa sabiex inkunu nafu kemm ġbarna, u b’hekk skont kemm niġbru għall-Festa nonfqu.

Ikkummenta