AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 30 t’April – 1 ta’ Mejju 2016

Posted by on April 30, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 30 t’April – 1 ta’ Mejju 2016

Rużarju fix-xahar ta’ Mejju: Nhar it-Tnejn fis-7.00pm, se jsir talb bir- Rużarju mill-Leġjun ta’ Marija fi Triq S. Elija.

L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:  Fis-7.00pm ikun hawn quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara se ssir il-laqgħa ta’ talb ‘Ejjew Għandi’ immexxija minn Fr Hayden flimkien mal-Appostli u d-Dixxipli Franġiskani. Waqt il-laqgħa mistiedna ukoll Claudia Koll li se tagħti t-testimonjanza tagħha.

Magħmudija: Nhar il-Ħadd, fil-Knisja Parrokkjali, waqt il-quddiesa tal-11.00am se jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.

Flimkien: Il-helpers li jqassmu l-Flimkien jistgħu jiġbru l-pakkett tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali matul din il-ġimgħa.

Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Dawk li jixtiequ japplikaw għall-klassi tal-Ewwel Tqarbina għas-sena d-dieħla, jiġifieri tfal li twieldu fl-2010, jistgħu jiġbru l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali. (It-tfal li attendew diġa’ din is-sena m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw imma jitilgħu fil-klassi li jmiss awtomatikament).

Oratorio San Ġiljan: Il-Banda San Ġiljan tavża li għandha għall-bejgħ DVD/CD ta’ ‘L-Oratorio San Ġiljan li sar f’Jannar li għadda fil-Knisja Parrokkjali fl-okkażjoni tal-125 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa. Id-DVDs/CDs qed jinbiegħu mill-Book Centre tal-Parroċċa, mill-Knisja ta’ Lapsi jew mill-membri tal-Kumitat Banda San Ġiljan.

Avviż mill-Iskola Primarja: Ġenituri li jixtiequ jirreġistraw lit-tfal tagħhom biex jibdew jattendu l-Kindergarten 1 minn Ottubru 2016, huma meħtieġa li jagħmlu dan sat-13 ta’ Mejju 2016. Jistgħu jiġu rreġistrati biss tfal li jkunu għalqu tlett snin sal-aħħar ta’ Diċembru 2016. Ġenituri li jixtiequ jirreġistraw it-tfal tagħhom biex jibdew jattendu skola f’lokalità differenti mis-26 ta’ Settembru 2016 huma meħtieġa li jagħmlu dan sat-13 ta’ Mejju 2016 billi jċemplu fl-Uffiċċju tal Prinċipal tal-Kulleġġ (tal-iskola fejn it-tfal se jiġu rreġistrati). Għal aktar tagħrif żur is-sit edu.gov.mt/kindergarten jew in-noticeboard tal-Knisja Parrokkjali.

Ikkummenta