AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 9 – 10 ta’ April 2016

Posted by on April 9, 2016 in Avviżi | 0 comments

AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 9 – 10 ta’ April 2016

 

  1. Family Visits: Din il-ġimgħa nagħlqu l-Family Visits. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li laqgħuna d-dar, kif ukoll lill-helpers kollha għall-għajnuna tagħhom.

          Dawk il-familji li joqogħdu fi Triq Ġ. Borg Olivier li jixtiequ Family Visit,           mitlubin iċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar l-Erbgħa biex jagħmlu               appuntament.

 

  1. Laqgħa – Katekiżmu: Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li jattendu il-klassijiet 2 sa 6 tal-katekiżmu. Il-laqgħa se ssir fis-Sala tal-M.U.S.E.U.M fil-5.30pm.

 

  1. Ħarġa sar-Redentur tal-Isla – Grupp Ħbiberija:  Nhar il-Ġimgħa se ssir ħarġa għar-Redentur tal-Isla mal-Grupp Ħbiberija. Nibdew b’pellegrinaġġ għall-Bieb tal-Ħniena, quddiesa u wara mmorru nieħdu l-ikla ta’ nofsinhar flimkien. Se jkun hemm t-trasport ipprovdut fid-9.00am minn Pjazza Spinola. Importanti li min se jattendi, jinfurma l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar il-Ħamis.

 

  1. Quddiesa Anniversarju Żwieġ: Dawk il-koppji li għandhom l-Anniversarju taż-Żwieġ tagħhom matul dan ix-xahar huma mistiedna flimkien mal-familjari tagħhom għal quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd li ġej fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali fejn isir talb speċjali għali

 

  1. Wirja Artistika u Storika: Fl-okkażjoni tal-125 Sena Anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa tagħna, il-Kummissjoni 125 Sena Parroċċa flimkien mal-Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi, qed jorganizzaw Wirja Artistika u Storika bejn is-16 u l-24 ta’ April 2016 f’Villa Anna Teresa, Telgħet B’Kara, San Ġiljan. Aktar dettalji dwar ħinijiet tal-ftuħ jinsabu fin-noticeboards tal-Parroċċa.

Ikkummenta